Lokali

NOFS MALTA BLA DAWL: Imur id-dawl f’numru kbir ta’ lokalitajiet

L-Enemalta twaħħal fi Sqallija u l-Interconnector

Nofs il-pajjiż spiċċa bla dawl għal ħin twil wara li l-provvista tal-elettriku telqet f’numru kbir ta’ lokalitajiet.

Il-qtugħ tad-dawl seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ filgħodu. Kien hemm lkkalitajiet fejn il-provvista rritornat lura għan-normal fi ftit ħin iżda oħrajn damu ħafna iktar mingħajr dawl.

NET News irċieva rapporti minn mawdar il-pajjiż ta’ qtugħ ta’ dawl f’numru estensiv ta’ lokalitajiet mit-Tramuntana san-Nofsinhar tal-Gżejjer Maltin. B’rapport anke ta’ traffick lights li spiċċaw mitfija u alarms idoqqu b’konsegwenza ta’ dan.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha, l-Enemalta tefgħet it-tort fuq Sqallija u l-interconnector. F’post fuq Facebook, l-Enemalta qalet li nħolqot ħsara fit-trasmissjoni tal-elettriku minn Sqallija bl-interconnector li jgħaqqad lil Malta mal-Italja.

Aktar tard, fi stqarrija uffiċjali, l-Enemalta ċċaraw li l-qtugħ ta’ dawl kien ikkawżat minn ‘diffikultà’ li nħolqot fit-terminal tal-interconnector f’Ragusa fi Sqallija, fejn b’konsgwenza ta’ hekk tħarbtet 32% tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku.

L-Enemalta żiedet tgħid li minħabba dan il-qtugħ, bdiet tieħu provvista mill-powerstation ta’ Dellimara.

Sadanittant, jidher li qed issir ħidma biex tkun stabbilità d-diffikultà li nħolqot f’Ragusa, Sqallija u li wasslet għall-qtugħ fil-provvista tal-elettriku f’Malta.
NET News irċieva rapporti ta’ qtugħ ta’ dawl f’dawn il-lokalitajiet:

– San Pawl il-Baħar
– Il-Mosta
– Bormla
– Marsaxlokk
– Ħal Qormi
– San Ġwann
– Ħ’Attard
– Marsaskala
– Raħal Ġdid
– Ħal Balzan
– Santa Venera
– Żejtun
– Ir-Rabat
– Is-Swieqi
– In-Naxxar
– Pembroke
– Baħar iċ-Ċagħaq
– Ħad-Dingli
– Ħal Lija
– San Ġiljan
– Birkirkara
– Santa Luċija
– Il-Belt Valletta
– Xagħjra
– Għawdex (ħlief f’xi lokalitajiet)

https://www.facebook.com/eneplc/posts/2125006994386156