Sorsi qed jgħidu li l-ħaddiem inqabditlu idu f'magna
Żagħżugħ ta’ 24 sena weġġa’ waqt li kien qed jaħdem f’barriera fis-Siġġiewi. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.15 fi Triq Burġabrum.
Mill-istħarriġ ħareġ li l-ħaddiem, li jgħix Bormla, sofra xi ġrieħi ma’ makkinarju li kien qed jaħdem bih.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn feriti ta’ natura gravi.
//= $special ?>