Lokali

AĠĠORNATA: Żagħżugħ ferut f’inċident f’barriera fil-limiti tas-Siġġiewi

Sorsi qed jgħidu li l-ħaddiem inqabditlu idu f'magna

Żagħżugħ ta’ 24 sena weġġa’ waqt li kien qed jaħdem f’barriera fis-Siġġiewi. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.15 fi Triq Burġabrum.

Mill-istħarriġ ħareġ li l-ħaddiem, li jgħix Bormla, sofra xi ġrieħi ma’ makkinarju li kien qed jaħdem bih.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn feriti ta’ natura gravi.