Atletika Sport

ATLETIKA: Kipchoge jirbaħ il-Maratona ta’ Londra

Eliud Kipchoge rebaħ il-Maratona ta’ Londra

Nhar il-Ħadd il-Kenjan Eliud Kipchoge rebaħ il-Maratona ta’ Londra hekk kif għamel id-distanza ta’ 26.2 mili f’ħin ta’ sagħtejn, erba’ minuti u 17-il sekonda, jiġifieri 80 sekonda aktar mir-rekord ta’ Dennis Kimetto.

Kipchoge għeleb l-isfida tal-Etjopjan Shura Kitata u tal-Ingliż Mo Farah li daħal fit-tielet post.

Qabel it-tellieqa kien hemm stennija kbira għad-dehra ta’ Mo Farah li kien qed jikkompeti quddiem il-pubbliku tiegħu stess. Hu għamel id-distanza f’ħin rekord ta’ sagħtejn, sitt minuti u 21 sekonda biex b’hekk sar l-aktar l-atleta Brittanniku bl-aħjar ħin f’din il-maratona. Hu kiser rekord li kien ilu li twaqqaf 33 sena, rekord ta’ Steve Jones.

L-erba’ darbiet champion Olimpiku kien qed jieħu sehem f’din il-maratona wara li rtira mit-track. Erba’ snin ilu hu kien diġa’ ikkompeta f’din il-maratona imma dakinhar temm fit-tmien post u kien qal li ma tantx iffuka fuqha għax kien qed jikkonċentra aktar fuq it-track.

Din id-darba Mo Farah tefa’ l-attenzjoni kollha fuq din il-maratona imma quddiemu sab lil Kipchoge li minkejja s-sħana kbira li kien hemm f’Londra baqa’ għaddej b’ritmu mgħaġġel sat-tmiem.