Lokali

Charles Buhagiar jinsisti li ma jirriżenjax

Akkużat li martu abbużat mill-karozza uffiċjali tal-BICC

Iċ-chairman eżekuttiv tal-Kunsill Konsultattiv fl-industrija tal-kostruzzjoni (BICC) qed jirrifjuta li jbaxxi rasu quddiem il-pressjoni li qed issir fuqu biex jirriżenja. Dan wara li l-MaltaToday kienet żvela li l-mara ta’ Charles Buhagiar qed tuża l-karozza uffiċjali tiegħu, filwaqt li hu kien qed jikri lilu innifsu t-tieni karozza biex jużaha għal xogħol tal-BICC.

L-eks deputat tal-PL Charles Buhagiar tpoġġa’ jmexxi dan il-Kunsill minn Joseph Muscat wara li l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-2013.

Buhagiar innifsu ammetta mal-MaltaToday li qed jikri t-tieni karozza.

Sorsi li tkellmu mal-gazzetta qalu li tal-anqas tliet membri tal-BICC urew b’mod ċar li huma jaħsbu illi Buhagiar għandu jwarrab. Iżda l-eks deputat laburista qed jibqa’ jirrifjuta li jirriżenja.