Fi tmiem il-ġimgħa tħabbret il-mewt tas-Surmast Qormi Abel J. Mizzi. Hu kellu 94 sena.
Il-Funeral tal-Kav. Abel J. Mizzi se jsir fl-24 t’April, fis-2pm fil-Knisja Arċipretali San Ġorġ Martri ta’ Ħal Qormi.
L-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, li tagħha għal snin twal kien surmast, se tmexxi l-korteo funebri.
Preżentament, din il-banda Qormija qed titmexxa minn ibnu, Archibald Mizzi.
Fost id-diversi opri li ħalla s-Surmast Abel J. Mizzi, hu kkompona t-tlett innijiet li ta’ kull sena l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ddoqq waqt id-dħul tal-aħħar erba’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira – Poplu Tiegħi, O Vos Omnes, u Quddiem Id-Duluri.
Intant, tħabbar li l-attivitajiet li l-każin kellu jorganizza llum marbuta mal-festa liturġika ta’ San Ġorġ, ġew imħassra.
Filmat: Mill-paġna tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri fuq Facebook.
//= $special ?>