Futbol Sport

FA Trophy: Valletta u Balzan kontra xulxin f’waħda mis-semifinali

Sliema v Birkirkara fl-oħra

Ftit tal-ħin ilu ttellgħu l-poloz tas-semifinali tal-FA Trophy.

Iċ-champions il-ġodda tal-futbol lokali, Valletta, se jilagħbu kontra t-tim li offrielhom l-akbar sfida fil-kampjonat, Balzan. Il-logħba se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej fl-4pm.

Fis-semifinali l-oħra Birkirkara se jilagħbu kontra Sliema Wanderers. Il-logħba se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fl-4pm.

Il-finali tintlagħab fil-5 ta’ Mejju.