Internazzjonali

GVERN TALJAN: Mistenni mandat proviżorju għal Roberto Fico

Il-President tal-Kamra, Roberto Fico, membru tal-Partit Cinque Stelle, mistenni jkun proviżorjament il-Prim Ministru tal-Italja sakemm tinstab soluzzjoni biex jiġi stabilizzat il-Gvern Taljan.

Roberto Fico ġie mistieden fil-Quirinale wara li ġie mgħajjat mill-President Taljan Sergio Mattarella sabiex jingħata tmexxija proviżorja. Dan hekk kif s’issa għada ma nstabet l-ebda soluzzjoni bejn iċ-Cinque Stelle u ċ-Centrodestra.

Sadanittant il-mexxej tal-Lega, Matteo Salvini qed jinsisti sabiex il-pass tal-proċess jitħaffef hekk kif issa diġà għadda xahar u nofs mill-elezzjonijiet ġenerali.