Lokali

Hold up ġewwa Ta’ Xbiex – il-Pulizija qed tfittex raġel

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ raġel li wettaq ‘hold-up’ minn ħanut fi Triq Abate Rigord, Ta’ Xbiex. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18.00HRS meta l-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u allegatament armat b’arma tan-nar, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 25 sena, residenti l-Mosta.

Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N. Galea Sciberras LL.D, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.