Għall-ħabta tal-11am il-Prinċipessa Kate welldet tifel, li hu t-tielet wild ta’ Kate u l-Prinċep William.
It-tifel jiżen 3.8 kilogramma.
Skont il-Palazz ta’ Kensigton, Kate u t-tifel jinsabu f’saħħa tajba.
AKTAR KMIENI
Kmieni dalgħodu d-Dukessa ta’ Cambridge, il-Prinċipessa Kate, iddaħħlet l-isptar ta’ St. Mary’s f’Londra hekk kif waslet fl-aħħar mumenti tat-tqala tagħha.
Għajnejn il-media Ingliża jinsabu fuq Kate, hekk kif għal darb’oħra se tkun qed tuża’ s-servizzi tal-Lindo Wing f’dan l-istess sptar f’Paddington.
Il-ġurnali fir-Renju Unit qed jgħidu li l-Prinċipessa tinsab “fi stadju bikri fil-proċess biex twelled”.
It-tqala tal-Prinċipessa kienet imħabbra b’mod pubbliku f’Ottubru.
Dan il-wild se jkun il-ħames minn fost il-familja Rjali fil-linja ta’ suċċessjoni għat-Tron.
//= $special ?>