Lokali

Jindarab żagħżugħ wara li qabeż jgħum f’Marsaxlokk

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ Sirjan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ġarrab xi ġrieħi f’Marsaxlokk. Il-Każ seħħ fil-bajja ta’ Xrobb l-Għaġin hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet il-vittma ta’ 29 sena ndarab wara li qabeż jgħum u ħabat mal-blat f’qiegħ il-baħar.

Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-barrani l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.