Lokali Parlament

Joseph Muscat jevita stqarrija ministerjali dwar ir-rapporti fuq Chris Cardona

Il-Prim Ministru Joseph Muscat llejla evita li jagħmel stqarrija ministerjali dwar ir-rapporti li l-Ministru Chris Cardona ltaqa’ mal-qattiela tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u dwar ir-rapporti ta’ korruzzjoni mill-Ministru Konrad Mizzi u miċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri.

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li din hi l-ewwel opportunità għall-Prim Ministru li fil-parlament jagħmel stqarrija ministerjali dwar l-istejjer li Chris Cardona ltaqa’ mal-qattiela ta’ Daphne Caruana Galizia u li Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom pjan kif kienu se jirċievu iktar minn €1.3 miljun fil-kontijiet tagħhom fil-Panama. Hu staqsa lill-Prim Ministru jekk tkellimx ma’ dawn il-persuni.

Il-Prim Ministru qal li an hu suġġett ta’ investigazzoni dwar ħasil ta’ flus u sostna li d-deċiżjoni tas-Sedja li tħalli diskusjsoni dwar dawn iċ-ċirkostanzi l-ġimgħa li għaddiet kienet diskuttibbli. Joseph Muscat sostna li m’għandu xejn x’iżid ħlief fli jħares ‘il quddiem lejn l-investigazzjonijiet kollha li qed isiru mill-Maġistratura.