– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kkritika l-mod kif qed jaħdem fil-gvern fl-ambjent u qal inutli jsiru emendi fil-kostituzzjoni jekk il-pajjiż ma jkunx hemm il-protezzjoni neċessarja għall-ambjent. Hu enfażizza l-importanza tal-bniedem li għandu jkun mpoġġi qabel kull kunsiderazzjoni ambjentali.
Fil-parlament n-nies qed jitkellmu b’mod differenti minn kif jitkellmu l-poltiċi. Hu qal li l-kilba għall-flus ġejja mill-korruzzjoni, li saret ir-ruħ tal-kriminalità organizzata. Hu staqsa fejn hu l-ippjanar u r-regolamenti tal-ippjanar biex ikun hemm protezzjoni minn dawk li għandhom kilba għall-korruzzjoni u għall-flus bla rażan. Edwin Vassallo qal li tant hawn kilba għall-poter li l-Oppożizzjoni titwaqqaf milli titkellem fuq il-korruzzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li minkejja li jingħad li l-pajjiż sejjer tajjeb, hawn ħafna persuni li m’humiex sejrin tajjeb.Id-dmeorkazija srate dittatura, sostna Edwin Vassallo, li kompla li fil-korruzzjoni hemm involuti nies kbar kif hemm fix-xiri ta’ batching plant u fil-korruzzjoni u fil-bini.
Il-korruzzjoni qed tiekol mid-demm tal-innoċenti, sostna Edwin Vassallo, li kompla li hi farsa li l-parlamnet se jivvota biex l-ambjent isir parti mill-kostituzzjoni għaliex l-ambjent hu l-inqas protett fl-pajjiż. F’Malta hawn il-politiċi fake kif f’pajjiżi barranin hemm il-fake news.
//= $special ?>