Lokali

Rabti jinżamm arrestat fuq traffikar ta’ droga

Inżamm arrestat ir-Rabti ta’ 41 sena li s-Sibt filgħaxija nqabad nieżel mill-katamaran bi tliet kilogrammi u nofs ta’ droga moħbija fil-vettura tiegħu.

Andre’ Agius twaqqaf minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-klieb, fejn instabu żewġ kilogrammi kokaina, kilo ħaxixa tal-kannabis u nofs kolo reżina tal-kannabis.

Agius qed jaffaċċja akkużi ta’ traffikar ta’ droga, importazzjoni u pussess, kif ukoll li hu riċediv. Hu jiċħad l-akkużi kontrih.

L-akkużat kien qed juża l-vettura ta’ missieru, li ġie arrestat u nħeles fuq libertà proviżjorja. Il-verżjoni taż-żewġ persuni ma qablitx waqt l-interrogazzjoni.