Kummerċ Lokali Turiżmu

RITRATTI: “Inħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema” – Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jiltaqa' ma' bosta nies waqt li kien qed idur il-ħwienet fl-Imdina

F’ġurnata mill-isbaħ, waqt li ħafna turisti kienu qegħdin iduru fil-belt tal-Imdina, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia żar diversi ħwienet u ltaqa’ ma’ bosta nies hekk kif qed noqorbu lejn il-festa ta’ jum il-ħaddiem.

Kienu bosta dawk li avviċinaw u tkellmu ma’ Adrian Delia, dan waqt li kien akkumpanjat mill-mara tiegħu Nickie Vella de Fremeaux, is-Sindku tal-Imdina Peter dei Conti Sant Manduca, u d-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar diversi ħwienet kummerċjali, partikolarment dawk marbuta mas-settur tat-turiżmu – bħal ħwienet tas-souvenirs bi prodotti tipiċi Matin, u anke postijiet ta’ attrazzjoni bħal Mdina Dungeons – u numru ta’ ristoranti fuq stil tradizzjonali Malti li jinsabu fil-palazzi tal-Imdina.

NET News ħa l-kumment tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif ninsabu biss ftit jiem ‘il bogħod mill-festa ta’ jum il-ħaddiem.

Matul din iż-żjara fl-Imdina, kienu bosta dawk li tkellmu direttament mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia biex iwasslu l-opinjoni u l-ideat tagħhom.

Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit David Agius, id-deputat Ivan Bartolo, l-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech, il-President tal-fergħa FSME PN Andre Grech, is-Sindku tal-Imdina Peter dei Conti Sant Manduca, il-Viċi Sindku Joe Debono, u membri tal-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista Rabat u Mdina.

Ritratti: Matthew Tabone