Lokali

Sentenza sospiża u multa ta’ €4,500 wara li weġġa’ kuntistabbli tal-Pulizija

Żagħżugħ ta’ 26 sena mill-Mali, Bamba Doucoure, weħel sentenza ta’ sena ħabs sospiża għal tliet snin u multa ta’ €4,500 wara li ta daqqa lil uffiċjal tal-Pulizija, bil-konsegwenza li ferieh ħafif.

Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija meta uffiċjal tad-dwana waqqaf lir-raġel u talbu d-dokumenti personali tiegħu hekk kif kien fit-Terminal tal-Virtu Ferries, fil-Marsa. Kien hawn li Doucoure qabżitlu u qajjem kjass sħiħ b’għajjat u tisbit.

Hu ammetta quddiem il-Qorti li rreżista bi vjolenza, hedded kif ukoll weġġa’ lill-Pulizija, li m’obdiex l-ordnijiet u li kiser l-ordni u l-paċi pubblika. Il-Qorti ordnat ukoll li l-akkużat ma jersaqx lejn il-Pulizija.