L-Awtorità tal-Artijiet ħatret lis-Sindku Laburista tal-Imqabba, u eks ġurnalista tas-Super One, bħala awditur indipendenti.
Charlene Muscat, li għandha 29 sena hi gradwata tal-liġi iżda m’għandha l-ebda esperjenza partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-awditrar.
Minkejja dan jidher li nħatret mill-Awtorità tal-Artijiet f’din il-kariga, avolja lanqas biss applikat għaliha. U minkejja li kienet ġurnalista tas-Super One u wkoll Sindku Laburista, l-Awtorità tiddeskriviha bħala awditur indipendenti.
Jirriżulta li Muscat intagħżlet wara li sejħa għall-applikazzjonijiet fuq il-gazzetti m’attirat l-ebda applikanti oħra.
Il-ħatra tagħha sseħħ ftit iktar minn sentejn wara li l-istess Charlene Muscat intagħżlet politikament biex tibda taħdem ma’ Identity Malta, fuq bażi ta’ position of trust.
Il-kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus oġġezzjona għal din il-ħatra, u appella għal għażla ta’ persuna verament indipendenti, iżda l-Awtorità tal-Artijiet kompliet bil-ħatra.
//= $special ?>