Lokali

Tippoża ta’ Dr Klown u titlob il-flus f’Raħal Ġdid

Mara qed iddur il-ħwienet f’Raħal Ġdid u tgħid li qed tiġbor id-donazzjonijiet f’isem l-għaqda Dr Klown, li tferraħ tfal morda fl-isptar. Min jagħti donazzjoni l-mara tagħtih imnieħer aħmar tal-buffi.

Fi stqarrija l-President ta’ Dr Klown wissa biex ħadd ma jagħti flus lil din il-mara, għaliex l-għaqda ma tiġborx il-fondi bieb bieb. Qal li l-għaqda Dr Klown tiġbor il-fondi biss permezz ta’ attivitajiet u avvenimenti.

Kull min jiltaqa’ ma’ xi abbuż bħal dan huwa mitlub iċempel fuq 21374676, jibgħat email fuq president@drklown.org, jew jirrapporta fl-għassa tal-Pulizija.