Lokali Parlament

Wied Għomor għandu jkun protett

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono appellat lill-Gvern biex jassigura li Wied Għomor ikun protett għaliex hu l-uniku pulmun taż-żona densa li jinsab fiha.

Fil-parlament Kristy Debono qalet li fl-ambjent m’hemmx il-kunċett ta’ irriversibbiltà għaliex meta tinqered art, din ma tkunx tista’ terġa’ tikniseb lura. L-ambjent għandu jkun salvagwadat bil-permessi jkunu jirrispettaw ċertu policies.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li ċertu permessi kontroversjali m’għandhomx jingħataw fejn qed ikun hemm theddida ambjentali fis-Swieqi, San Ġwann, San Ġiljan u Tas-Sliema fejn ir-residenti bilkemm jistgħu jgħaddu mit-toroq għaliex dawn saru żoni ta’ kostruzzjoni.

Kristy Debono qalt li żona ta’ Wied Għomor qed tkun abbużata fejn tilfet l-uniku spazju miftuħ li għad fadal. Dan hu l-pulmun ta’ din iż-żona, sostniet Kristy Debono, li appellat lill-Gvern biex ma jeqridx dan il-wied. It-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar irrifjuta l-applikazzjoni għall-bini f’Wied Għomor iżda r-residenti mhux moħħhom mistrieħa għaliex hemm madwar 25 applikazzjoni għal żvilupp f’dan il-wied.

Fost dawn l-applikazzjonijiet hemm uħud li huma ġustifikati iżda oħrajn huma perikolużi għall-ambjent. L-ambjent jeħtieġ azzjonijiet drastiċi, sostniet Kristy Debono, li kompliet li l-applikazzjoni biex il-Wied ikun żona ta’ dominju pubbliku ma kinitx ppreżentata u għalhekk il-Wied issa hu iktar vulnerabbli għal ċertu applikazzjonijiet.

L-attakki fuq il-wied huma persistenti. Ingħata permess ta’ żvilupp mostruż ta’ lukanda, dan wara li l-proposta kienet rifjuata ħalie kienet tmur kontra l-policy tal-ambjent. Din kienet u-turn tal-Awtorità ġurnata biss qabel; ma ngħatax ħin għall-oġġezzjonijiet.

Proposta oħra hi ta’ unit residenzjali f’Ta Gardens ħdjen il-Lukanda Halland. Parti mill-iżvilupp propost se jwaqqaf l-aċċess tal-bdiewa għall-għelieqi tagħhom. Għandu jkun hemm iktar sensittivita għaliex dan se jsir fuq parti minn ODZ b’mod dirett fuq Wied Għomor. Inġabru iktar minn 5,000 firma biex dan il-wied ma jkunx soffokat minn dan l-iżvilupp. Wied Għomor għandu jkun aċċettat kompletament.

Kristy Debono trattat applikazzjoni għal apart-hotel ta’ 88 guest room ta’ bejn 9 u 11-il sular f’żona residenzjali. Dan se joħloq problema kbira fi Triq il-Gejża u Triq Swieqi li hi żona residenzjali. L-iżvilupp ambjentali għandu jkun wieħed sostenibbli, sostniet Kristy Debono.