Raġel ta’ 49 sena u mara ta’ 43 sena, it-tnejn residenti Birkirkara, sfaw feruti minn binhom ta’ 18-il sena. Waqt l-inċident intużat arma li taqta` u bil-ponta.
Jirriżulta li kien għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu li nqala’ argument fir-residenza tagħhom, li eskala tant li t-tifel qabad jattakka lill-ġenituri tiegħu.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittmi. Huma ttieħdu minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ħfief.
//= $special ?>

