Lokali Parlament

Chris Fearne jiġġustifika l-iffriżar għax embrijun ‘fih 8 ċelloli biss’

Ritratt: Matthew Tabone

L-embrijuni huma magħmula minn tmien ċelloli biss. Kien b’dan il-mod li l-Ministru Chris Fearne iddefenda t-tibdil li jrid idaħħal il-Gvern fil-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni.

“Biex inpoġġu kollox fil-kuntest” qal Chris Fearne waqt li ġġustifika l-iffriżar tal-embrijuni billi qal li embrijun ikun fih 8 ċelloli biss.

Dan hekk kif fil-Parlament beda t-tieni qari tal-att li qed iressaq il-Gvern biex ibiddel il-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni.

Bit-tibdiliet proposti, il-Gvern irid idaħħal l-iffriżar tal-embrijuni kif ukoll affarijiet oħra bħas-surrogacy – jiġifieri meta tarbija titrabba f’ġuf ta’ persuna oħra li m’hijiex l-omm bijoloġika.

Wara li l-emendi tal-Gvern jgħaddu mit-tieni qari, il-Parlament jgħaddi fi stadju ta’ kumitat biex jiddiskuti l-emendi kollha waħda waħda.