Il-Prim Ministru Joseph Muscat irrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet dwar il-kumpanija 17BLACK – jiġifieri dik il-kumpanija li fiha daħlu €1,300,000, u li kienet intenzjonata li l-flus ta’ ġo fiha jmorru ġo Hearnville u Tillgate – il-kumpaniji sigrieti tal-eqreb żewġ persuni ta’ Muscat.
Fi tmiem żjara f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel, Muscat kien iffaċċjat minn numru kbir ta’ ġurnalisti li staqsew dwar x’passi se jieħu quddiem dawn il-fatti ġodda. Imma Muscat irrifjuta li jwieġeb bl-iskuża li għaddejjin l-inkjesti.
Filwaqt li beda jaħrab milli jwieġeb mistoqsijiet dwar 17Black, Muscat minflok beda jdawwar ir-risposti fuq Egrant – anke jekk il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti kienu dwar 17Black u l-€1,300,000 li daħlu hemm.
Għalkemm is-sid ta’ 17Black mhux magħruf jew magħrufa, il-karti li ħarġu fil-jiem li għaddew fl-istejjer ta’ Daphne Project, juru b’mod ċar li l-kumpanija 17Black kienet ‘target client’ ta’ Hearnville u Tillage. Il-karti juru wkoll li f’17Black (miftuħa Dubaj), daħlu €1,300,000.
//= $special ?>