Futbol Sport

FUTBOL LOKALI: Andrew Cohen ivvutat l-aqwa plejer tas-sena tal-MFPA

Andrew Cohen ta’ Gżira ġie vvutat l-aqwa plejer tas-sena

Nhar it-Tnejn filgħaxija saret is-serata tal-MFPA Awards fejn waqtha ġew ippremjati l-protagonisti tal-istaġun.

Għaċ-ċerimonja attendew għaliha plejers, eksplejers, amministraturi sportivi u membri tal-midja.

Kien il-midfielder ta’ Gżira Andrew Cohen li ġie vvutat bħala l-aqwa plejer tas-sena. Iż-żagħżugħ ta’ Birkirkara, Jake Grech ġie vvutat bħala l-aqwa plejer żagħżugħ.

Iċ-ċerimonja ser tixxandar fit-8 ta’ Mejju fuq NET TV fit-8.45pm.

Dawn kienu r-rebbieħa kollha:
L-aqwa plejer futsal: Maicon Silva
L-aqwa plejer mara: Steph Farrugia
L-aqwa plejer tal-Ewwel Diviżjoni: Paul Chimeze
L-aqwa referee: Alan Mario Sant
L-aqwa kowċ: Paul Zammit
L-aqwa gowlkiper: Jake Galea
L-aqwa difensur żagħżugħ: Jean Borg
L-aqwa midfielder żagħżugħ: Jake Grech
L-aqwa attakkant żagħżugħ: Kyrian Nwoko
L-aqwa gowlkiper: Henry Bonello
L-aqwa difensur lemini: Enmy Manuel Peña Beltre
L-aqwa difensur xellugi: Joseph Zerafa
L-aqwa difensuri ċentrali: Steve Borg, Enrico Pepe
L-aqwa midfielders: Paul Fenech, Andrew Cohen, Mislav Anđelković
L-aqwa attakkanti: Amadou Samb, Alex Paixao, Bojan Kaljevic
Unur speċjali: Alfred Mizzi, Anton Camilleri, Edward Darmanin, Edwin Farrugia, John Holland, Louis Arpa, Eddie Theobald , Willie Vassallo, Joe Cini, Ronnie Cocks, Raymond Xuereb
Merit Award: Roy Vermeer
L-aqwa plejer żagħżugħ: Jake Grech
L-aqwa plejer tas-sena: Andrew Cohen