Il-kowċ attwali tat-tim nazzjonali Malti Tom Saintfiet hu wieħed minn 77 kowċ minn madwar id-dinja li applikaw biex imexxu lit-tim nazzjonali tal-Kamerun.
Il-lista kienet żvelata minn sors ta’ BBC Sport li jaħdem fi ħdan il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kamerun (Fecafoot), bl-istess sit rinomat Ingliż jiddikjara li l-post ta’ kowċ nazzjonali tal-pajjiż Afrikan ġie vakant fi Frar wara li ntemm il-kuntratt tal-kowċ Hugo Broos.
Dan ifisser li aktarx Saintfiet applika għal din il-pożizzjoni erba’ xhur biss wara li nħatar kowċ nazzjonali Malti b’kuntratt għal sentejn, sakemm il-Fecafoot ma fetħitx l-applikazzjonijiet qabel, kuntrarju għal dak li jsir is-soltu.Fecafoot issa mistennija tagħżel tlieta kowċis biex jiġu analizzati.
Saintfiet kien maħtur kowċ ta’ Malta minflok Pietro Ghedin fil-11 ta’ Ottubru tal-2017.
Fost il-kompetituri ta’ Saintfiet hemm l-ekskowċ ta’ Franza, Raymond Domenech, ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja Lothar Matthaus, l-ekskowċ ta’ Wales John Toshack, il-kowċ tal-Iran Carlos Queiroz u l-eks plejer Willy Sagnol.
S’issa mhux magħruf x’se tkun ir-reazzjoni tal-MFA għal dak li ġie żvelat.
//= $special ?>