Udinese keċċew lill-kowċ Massimo Oddo u minfloku ħatru lill-eksplejer ta’ Juventus Igor Tudor.
Fi tmiem il-ġimgħa Udinese sofrew il-11-il telfa konsekuttiva u l-aħbar tat-tkeċċija ta’ Oddo ma kinitx sorpriża.
Minn naħa tiegħu Tudor iffirma kuntratt sat-30 ta’ Ġunju tal-2019. Tudor kien jinsab bla klabb wara li f’Diċembru li għadda kien tkeċċa minn kowċ ta’ Galatasaray.
Fil-passat mexxa timijiet bħal ma huma Hajduk Spalit, Paok u Karabükspor.
//= $special ?>