L-għada tal-Funeral ta’ martu, l-eks President Amerikan George Bush Senior iddaħħal l-Isptar, fejn qed jingħata l-kura għal infezzjoni li rriżultatlu fid-demm.
Kelliem għall-Familja Bush qal li l-kundizzjoni tiegħu hi stabbli, għalkemm mhux kritika.
Martu Barbara mietet it-Tlieta li għadda, fl-età ta’ 92 sena, u ngħatat l-Aħħar Tislima s-Sibt.
Madankollu, l-għada l-Ħadd hu ddaħħal l-Isptar, fejn kien ukoll għal xi jiem f’Jannar u f’April 2017 kawża ta’ pneumonia u bronkite.
//= $special ?>