Ħaddiem ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’sit ta’ kostruzzjoni f’Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart fi Triq Notabile. Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li Libjan ta’ 41 sena, li joqgħod Birkirkara, sofra xi ġrieħi meta waqa’ madwar sular, waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fis-sit imsemmi.
Il-vittma ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
//= $special ?>