Lokali Parlament

Il-parlament għandu jkun il-leħen għall-embrijun li hu l-aktar dgħajjef

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna li l-parlament għandu jkun il-leħen u d-difiża tal-embrijun; li hu l-aktra dgħajjef.

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li l-emendi tal-Gvern se jwasslu biex l-Att dwar il-Potezzjoni tal-Embrijuni jkun differenti. Għandu jkun stabbilit jekk il-ħajja umana tibdiex mill-konċepiment anki jekk l-embrijun m’għandux leħen. Il-parlament qed jilleġiżla f’dan il-kuntest.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-liġi titratt wkoll missirijiet u ommijiet weħidhom u żied li għandu jingħata piż ikbar għad-drittijiet tal-mebrijuni u tat-tfal li se jitwieldu. L-embrijun għandu jkun imħares sa mill-bidu tal-ħajja fil-kuntest tal-etika.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li minkejja li l-embrijun ikollu biss erba’ ġimgħat tista’ tisma l-qalb tal-embrijun u għalhekk ikun hemm żgur il-bidu tal-ħajja. Għandu jsir investimnt fis-saħħa li għandu jkun bla ħlas. Il-koppji għanud jingħataw iktar minn ħewġ ċikli jekk l-ewwel tnejn ifallu.

L-emendi mressqa jistgħu jkunu ta’ detriment fil-kuntest tad-drittijiet fundamentali u l-interess prinċipji lejn it-tarbija fosthom id-drittijiet ġenetiċi tat-tarbija, il-bilanċ bejn id-dritt li l-koppja jkollha t-tfal u d-dritt tal-persuna li qed tkun żviluppata mill-IVF u li l-embrijun hu uman bi drittijiet vulnerabbli iżda hu l-aktar dgħajjef tant li ma jistax tiddefendi lilu nnifsu. Id-dritt tal-ħajja sa mill-bidu tal-konċepiment għandu jkun imħares bi qbil fil-parlament, sostna Stephen Spiteri.