– Beppe Fenech Adami, PN
Il-Prim Ministru m’għandux il-kurraġġ u r-rieda u ma jistax jieħu l-passi li qed jagħmlu tant ħsara lill-pajjiż.
Dan sostnih id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fl-aġġornament fejn qal li sentejn ilu l-PN kien talab lill-Prim Ministru jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. Hu qal li Konrad Mizzi kien gideb meta qal li kien fetaħ il-kumpanija fil-Panama biex ipoġġi flus tal-familja tiegħu. Il-PN kien qal li l-kumpaniji fil-Panama nfetħu biex fihom jitpoġġew il-miljuni li ġejjin mill-korruzzjoni u mill-ftehim moħbija.
Konrad Mizzi kien sfida lill-PN biex jirrepeti d-diskors barra mill-Kamra iżda hu u Simon Busuttil kienu rrepetew id-dikjarazzjonijiet barra mill-Kmara. Il-verità hi li ħadd ma jemmen lil Konrad Mizzi. Konrad Mizzi u Keith Schembri kellhom pjan biex jitwettaq wara l-elezzjoni issa hmem il-konferma li Keith Schmebri u Konrad Mizzi fetħu l-kumpaniji fil-Panama biex fihom jitpoġġew il-miljuni. Issa ħarġet email li tgħid li ż-żewġ kumpaniji ta’ Mizzi u Schembri twaqqfu apposta għax kien hemm il-kumpanija 17 Black li minnha kienu se jaqilgħu €2 miljuni fis-sena.
Beppe Fenech Adami qal li l-istorja tipprovdi wkoll minn fejn kienu ġejjin il-flus fejn kien stabbilit li ż-€2 miljuni kienu ġejjin minn 17 Black li hi kumpanija li rċeviet €1.6 miljuni. Keith Schembru u Konrad Mizzi qed jgħidu li l-flus ġejjin minn din il-kumpanija. Il-flus ġejjin mill-Ażerbajġan; l-aktar pajjiż korrott fid-dinja. Konrad Mizzi u Keith Schembri marru mal-Prim Ministru l-Ażerbajġan weħidhom biex jinnegozjaw ix-xiri taż-żejt. Il-power station inbiegħet ukoll lill-Ażerbajġan.
Il-Prim Ministru għanu l-provi li l-kumpaniji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu se jirċievu €2 miljun fis-sena u li 17 Black irċeviet €1.3 miljun mill-Ażerbajġan. Hemm ukoll €200,000 fil-kont ta’ 17 Black li ġew mill-aġenti tat-tanker tal-gass li hemm Marsaxlokk. Il-Prim Ministru bl-arroganza u insensittività jibqa’ jiddefendi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. Il-Prim Ministru qed jhedded lil dawk li qed jippubblikaw dawn l-istejjer flok ikeċċi lill-kriminali.
Id-deputat Nazzjonlaista kompla li l-Prim Ministru qed jgħawwi lin-nies kontra l-ġurnalisti meta Daphne Caruana Galizia inqatlet wara li b’mod sistemaika nies min Kastilja ġiegħlu lin-nies jobgħoduha. Xi ħadd viċin is-Super One qed jagħmel kummenti ta’ kattiverija fil-kuntest tal-fmailja ta’ Daphne Caruana Galizia. In-nies bdew jobgħoduha tant li nqatlet. Il-Prim Ministru qed jhedded lill-ġurnalisti b’riperkussjonijiet.
//= $special ?>