Lokali Parlament

Il-PN se jibqa’ jiddefendi l-embrijun li hu ħajja umana…għall-gvern dan hu biss tmien ċelloli

– Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna fil-parlament li l-PN se jibqa’ jiddefendi l-embrijun uman għaliex il-Gvern issa qed jiddikjara li l-embrijun hu biss tmien ċelloli.

Fid-dibattitu dwar il-liġi tal-IVF Adrian Delia qal li b’mod ġenwin il-maġġoranza tal-poplu hi kontra din il-liġi. Il-Gvern supost hu wieħed li jisma’ u għalhekk suppost li sema’ l-għajta tan-nies li jirrapreżentaw il-valuri u l-morali fl-imħabba għall-ħajja. Il-PN hu favur il-ħajja u l-liġi tal-2012 mhix waħda arroganti iżda din saret bi qbil unamimu wara konsultazzjoni vasta mal-partijiet kollha involuti fosthom mill-kamp mediku, soċjali, edukattiv, tal-familja, etiku u morali.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li jek il-gvern hu ġenwin li jtejjeb il-liġi hu li ssir konusltazzjoni wiesgħa mal-iktar nies li għandhom interess fis-settur u l jħobbu l-ħajja. Adrian Delia qal li l-liġi tal-2012 ma riedet titfa’ lil ħadd il-ħabs u hu skorrett li jingħad li qed isiru xi emendi mill-Oppożizzjoni biex in-nies jintbgħatu l-ħabs.

Dan hu suġġett serju u delikat li jixraqlu mod ieħor, sostna Adrian Delia, li kompla li l-Gvern mhux isemmi lit-tfal. Il-Gvern qatt ma tkellem fuq it-tarbija fil-ġuf u jsibiha diffiċli li jitkellem fuq l-embrijun tant li llum li l-Gvern għamel dikjarazzjoni li l-embrijun għandu tmien ċelloli biss. Allura mhux uman l-embrijun? staqsa l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Adrian Delia kompla li bl-emendi, l-uman fi stat embrijoniku kien u baqa’ uman. Din mhix liġi tal-IVF għax din kienet dik tal-2012. Dawn huma sensiela ta’ ideat bbl-addoċċ mitfgħuha fuq xulxin li juru ferneżija biex fi ftit ġranet il-gvern jgħaddi l-liġi bl-addoċċ.

Il-Kap tal-PN kompla li l-liġi ta’ qabilha kienet tiddiskrivi lil min jista’ jagħmel il-proċedura bħala ġenitur prospettiv li huma f’relazzjoni stabbli ma’ xulxin. Din m’għandha x’taqsam xejn mad-drittijiet tal-LGBTI, sostna Adrian Delia, li kompla li l-gvern irid li minn koppja l-liġi tirrendi għal persuna waħda. Flok qed jissaħħu l-familji fil-pajjiż u l-koppji li għandhom relazzjoni ta’ imħabba, issa l-liġi qed tintroduċi l-kunċett ta’ perusna waħdu li jrid xi ħaġa hu.

Il-Qorti Ewropea tikkundanna l-prattiċi tas-surrogasija, spjega Adrian Delia, li kompla li l-protezzjoni issa naqset bil-kbir. Ma saret l-eba konusltazzjoni dwar id-dritttijiet tat-tarbija fil-ġuf. Lanqas id-drittijiet tat-tfal li jitwieldu ma humx portetti bil-liġi. Il-liġi mhix tirrikonoxxi li l-embrijun hu uman u issa l-gvern qed jitkellem fuq l-adozzjoni ta’ ċelloli fertilizzati. Ma jistax ikun li jkun applikat il-prinċipju ta’ addozzjoni jekk il-gvern ma jridx jirrikonoxxi li l-embrijun hu uman iżda hu tmien ċelloli biss.

Hu kompla li bil-liġi meta l-ġenituri jirrifjutaw l-impjatazzjoni fil-ġuf jew ma jġeddidx il-kuntratt mal-persuna bil-liċenzja fejn l-embrijuni jkunu miżuma. It-tarbija fil-ġuf qed issir l-oġġett ta’ kuntratt ma’ persuna bil-liċenzja. Min se jiddefendi lit-tarbija fil-ġuf? Żgur mhux il-Kummissarju tat-Tfal li qalet li taqbel ma’ din li-liġi li ma tpproteġix lit-tarbija il-ġuf.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar l-Awtorità u qal li fil-liġi din għandha tagħmel sforz biex tqabbel lill-ġenituri prospettivi mal-embrijun. X’inhu dan it-taqbil? L-Awtorità se tiddeċiedi liema tarbija se jkollu min? Il-liġi tispeċifika li t-tarbija u l-ġenituri m’għandhiex dritt ikollha l-informazzjoni dwar il-ġenituri u l-familja veru tagħha; dan hu dritt imħares fil-liġijiet internazzjonali. Il-gvern irid jispjega x’jiġri meta jkun hemm l-embrijuni li mhux se jintużaw.

Jirriżulta li mil-liġi tal-IVF fl-2012 sa Novembru li għadda twieldu 232 trabija. Il-PN irid jara iktar bħla dawn it-trabi għax kien il-Gvern Nazzjonalista li wassal għal dan. Fl-aħħar ħames snin saru 1200 applikazzjoni għal trattament tal-IVF u kien hemm applikazzjoni waħda rifjutata għax ma kinx stabbilita li l-koppja ma kinitx f’relazzjoni stabbli. Din il-liġi qed taħdem u qed tagħmel sitwazzjonijiet fejn il-koppji li jridu t-tfal qed jużawha b’suċċess. L-abbozz issa mhux jgħid kemm se jkun hemm ċikli u l-mediċina għandha tingħata b’xejn lil kull min għandu dritt jagħmel dan il-proċess.

Adrian Delia hu tat-tkexkix li l-ministru jistabilxxu l-mod kif surrogasija altruwista għandha issr. Il-Gvern m’għandux mandat għas-surrogazzjoni. F’Ottubru l-Prim Ministru qal li l-Gvern m’għandux mandatt għal dan l-aspett. Dwar il-konsultazzoni, Adrian Delia qal li l-Gvern għandu jikkunsidra x’qalet il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li qalet li s-surrogasija twassal biex in-nisa u t-tfal jiġu oġġett waqt li l-mara tiġi l-oġġett tal-kuntratt.

Il-wild ikun trattat qisu oġġett ta’ kommodita mertu ta’ kuntratt. Il-Kummissarju tat-Tfal ma jimpurathiex mid-drittijiet tat-tfal u ma qratx din il-liġi meta l-Qorti qed tiddikjara li qed jinkisru d-drittijiet tta-tfal. Il-President tar-Repubblika taf li din il-liġi tmur kontra l-konvenzjoni, kitbitha u ma stħatx tgħidlu ħażin.

Adrian Delia qal li l-Gvern ird joħloq it-tessut soċjali tal-pajjiż fejn it-tfal jistgħu jiġu f’sitwazzjoni fejn ma jkunux jappartjenu għal stat għax hemm numru kbir ta’ pajjiżi membri tal-UE fejn is-surrogasija hi llegali. Il-mara qed tintuża bħala kommodità. Malta qed tiddiskuti internazzjonalment kif liġijiet bħal dawk li qed idaħħal il-gvern ikunu ikkundannati.

Adrian Delia kompla li l-embrijuni se jintefgħu fil-friża u wara ħames min ikun ikkunsidrat jekk hux se jitħalla iffriżat, jaraw jekk għaddiex iż-żmien ta’ min kien se jkun ġenitur u tittieħed deċiżjoni. Hu staqsa għaliex issemma’ perjodu ta’ ħames snin biss u staqsa kemm se jdum iffriżat l-embrijun. Se tinħoloq sistema fejn l-istat bla ruħ se jiddeċiedi kif u meta dawn it-tfal li għad iridu jittieħdu, fil-fatt x’se jiġri bihom.

Ħadd m’hu jitkellem fuq id-drittijiet tal-embrijun uman; l-Oppożizzjoni se tkun qed titkellem dwar id-drittijiet ta’ dawn l-embrijuni umani. Ta’ 16-il sena t-tfal ma jistgħux ikunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom. L-Oppożizzjoni hi favur li qatt u mkien ma tista’ tinqered il-ħajja umana.

Il-Gvern abbanduna l-prinċipju tal-protezzjoni tat-tfal; la dawk li se jitwieldu u lanqas dawk li jkunu twieldu. L-Oppżizzjoni trid li iktar koppji jkollhom it-tfal iżda qatt ma tista taljena d-drittijiet tat-tfal. Għandu jkollna dinjità għat-tfal kreati b’din il-liġi, sostna Adrian Delia, li m’hemmx xejn fil-liġi bħala protezzjoni għal dawk in-nies li minħabba li jgħixu fil-faqar jagħżel li jikru l-ġuf tagħhom. Il-Gvern għażel li jgħaġġel din il-liġi fil-parlament. Hu staqsa għaliex il-Gvern qed jgħaġġel f’dan il-proċess.

F’erbat ijiem il-Gvern se jwarrab il-valuri ta’ tant snin, sostna Adrian Delia, li kompla li l-Oppożizzjoni se tkun hemm għall-koppji li għandhom bżonn l-IVF. Id-Deputat Prim Ministru iddikjara li l-organiżmu uman sejjaħlu tmiem ċelloli, sostna Adrian Delia li staqsa jekk hawn xi ħadd jemmen li l-embrijun mhux ħajja uman. Il-maġġoranza temmen li l-embrijun hu uman u għal dawn se titkellem l-Opożizzjoni li se tivvota kontra din il-liġi.