Il-Prinċep ta’ Wales, Charles, esprima ferħ kbir għall-fatt li għandu neputi ieħor u, b’ton ċajtier, qal li ‘ma jafx kif se jlaħħaq man-neputijiet tiegħu kollha’.
Dan meta l-poplu fir-Renju Unit qed jiċċelebra t-twelid tat-tielet tarbija – tifel – għall-Prinċep William (iben Charles u d-Duka ta’ Cambridge) u martu, Catherine, li seħħ nhar it-Tnejn fl-Isptar ta’ St Mary’s f’Londra.
Il-prinċep ċkejken hu t-tielet eredi għat-tron tal-Ingilterra u t-twelid tiegħu kien immarkat bl-isparar tal-artillerija tradizzjonali mill-inħawi tat-Tower of London u Hyde Park, f’Londra. Dan ukoll fost id-daqq tal-qniepen minn Westminster Abbey li, is-soltu, jimmarka okkażjonijiet sinifikanti għall-Familja Rjali.
Fil-preżent, id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, flimkien mat-tarbija ġdida, qegħdin jirċievu l-ewwel viżitaturi fil-Palazz ta’ Kensington. Intant, kelliema għall-palazz, qalu mill-ġdid li l-isem tat-tarbija ta’ William u Kate għandu jkun żvelat ‘meta jkun il-waqt’
//= $special ?>

