Lokali

Muscat jinsisti li mhux se jindaħal lil Konrad Mizzi

Joseph Muscat ilu numru ta' ġimgħat jaħrab intervista mal-ġurnalisti tal-Forbidden Stories

Wara l-provi kollha li ħarġu l-Forbidden Stories rigward il-kumpanija sigrieta 17 Black, il-Prim Ministru qed jibqa’ jinsisti li mhux se jindaħal biex jieħu passi fil-konfront ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri.

Fit-3pm il-Prim Ministru kellu żjara f’fabbrika f’Bulebel fejn hu ġie assedjat mill-ġurnalisti jitolbu risposti ċari minn naħa tiegħu.

Muscat iżda baqa’ jirrepeti dak li ilu jgħid aktar minn sentejn, u sa issa mhu juri l-ebda sinjal li se jieħu xi forma ta’ azzjoni. Anzi, qed jgħid li mhux lest jieħu passi kontra l-Ministru Mizzi u ċ-Chief of Staff ta’ Kastilja.