Lokali

AĠĠORNATA: Ir-raġel li ttajjar fil-Fgura se jiżżewweġ nhar is-Sibt li ġej

Raġel ta’ 30 sena minn Birżebbuġa sofra feriti serji wara li, għall-ħabta tal-11:15am, intlaqat minn karozza tal-linja waqt li kien qed jaqsam Triq San Tumas fil-Fgura.

Jidher li r-raġel kien fil-lokalità biex iżur xi qraba, fil-preparamenti għat-tieġ tiegħu, li kien skedat għas-Sibt li ġej. Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn xufier barrani.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza, fejn ġie ċċertikat li qed isofri minn feriti serji. Ix-xufier tal-karozza tal-linja ngħata l-kura għax-xokk li ġarrab.

Dwar il-każ infetħet Inkjesta, immexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia, filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet.