Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi ma aċċettawx stedina tal-programm TIMES TALK biex jieħdu sehem f’intervista iffukata fuq il-Forbidden Stories, u l-provi ġodda li qed joħorġu ġurnalisti internazzjonali dwar il-Gvern ta’ Muscat.
Iċ-Chief of Staff f’kastilja, il-Ministru Mizzi u Muscat kollha kemm huma ħarbu minn din l-intervista, u injoraw l-emails mibgħuta lilhom.
Għalhekk din hi t-tieni okkażjoni li Muscat qed jaħrab il-media dwar il-Forbidden Stories – stejjer investigattivi li fl-aħħar jiem kixfu dettalji ġodda dwar Pilatus Bank, Chris Cardona, u l-kumpanija sigrieta 17 Black fost l-oħrajn.
Il-Ministru Chris Cardona, u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar ukoll naqsu milli jaċċettaw din l-istedina tat-Times.
Din il-ġimgħa għajnejn kulħadd jinsabu fuq il-Prim Ministru Muscat u t-tattika li se juża biex jirribatti għal din il-mewġa ta’ kritika internazzjonali. Dan hekk kif fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se jkun qed ilaqqa’ d-delegati għall-Konferenza Ġenerali Laburista.
//= $special ?>