Lokali

Maħtur Konslu Onorarju tal-Polonja f’Malta

Hector Spiteri

Ir-Repubblika tal-Polonja nnominat lil Hector Spiteri bħala Konslu Onorarju tar-Repubblika tal-Polonja f’Malta.

Hector Spiteri hu ċċertifikat bħala accountant pubbliku u għandu wkoll ċertifikat ta’ prattika fl-awditjar. Hu membru msieħeb mal-Malta Institute of Accoun-tants u mal-Malta Institute of Taxation, kif ukoll membru onorarju mal-Malta Institute of Management.

Hu okkupa bosta karigi ma’ organizzazzjonijiet ta’ reputazzjoni għolja li jinkludu fost oħrajn istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji li qegħdin elenkati mal-Borża ta’ Malta.

Meta Hector Spiteri kien għadu student f’età żagħżugħa, huwa kien jammira lil Lech Walesa għal dak li għamel ma’ Solidarnosc fil-Polonja, pajjiż li Hector kien tant isegwi mill-qrib minn meta l-Kardinal Karol Woytila kien elett Papa.

Aktar tard, permezz ta’ konnessjoni ma’ kumpanija li kien ukoll azzjonist u direttur tagħha, Hector Spiteri kellu l-okkażjoni li jirrappreżenta l-linji tal-ajru Lot Polish Airlines.