Lokali

Passiġġier imut wara li ħassu ħażin abbord ajruplan li telaq minn Malta minuti biss qabel

Anzjan ta’ 75 sena tilef ħajtu wara li ħassu ħażin abbord titjira tar-Ryanair li kienet għadha kif ħalliet Malta ftit minuti biss qabel.

Il-każ seħħ iktar kmieni llum meta l-anzjan mill-Irlanda ta’ Fuq kien abbord titjira minn Malta lejn Belfast. Iżda meta l-ajruplan kien qrib l-Italja, seħħet din l-emerġenza medika, bil-pilota jitlob li jinżel b’emerġenza fl-ajruport ta’ Cagliari, f’Sardinja.

Sfortunatament mal-wasla kien tard wisq għall-anzjan, li minkejja attenzjoni medika urġenti ma kienx hemm x’jista’ jsir biex ikun salvat, bil-passiġġier jitlef ħajtu madwar nofs siegħa wara. Hu maħsub li l-kawża tal-mewt kien attakk tal-qalb.

Il-passiġġieri, li mhux eskluż li fosthom hemm ukoll xi Maltin, qed jistennew titjira oħra biex ikomplu fid-destinazzjoni tagħhom.