“Sibt dan il-kelb waħdu fil-Marsa, iqalleb qalb iż-żibel”.
Kien dan il-messaġġ li waslilna qarrej ta’ NETnews.com.mt tard ilbieraħ bil-lejl wara li salva lil dan il-kelb li kien jidher fi stat ħażin ta’ saħħa.
Il-kelb instab minn dan ir-raġel waqt li hu kien qieħed isuq fil-Marsa.
“Jidher li l-kelb għandu nuqqas ta’ ikel, għax l-għadam tiegħu jidhru sew. Nispera li jinsatb sidu”, qalilna r-raġel li kitbilna.
Is-sezzjoni tal-Annimal Welfare ġew infurmati b’dan il-każ.
Intant ilbieraħ l-AAA sabu kelb ieħor li kien fi stat ħażin ħafna.
Fuq Facebook, huma appellaw lin-nies sabiex min jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu ħalli l-ħidma tagħhom mal-annimali abbandunati tibqa’ għaddeja.
//= $special ?>