Raġel Rumen inżamm arrestat wara li ma ngħatax il-liberta’ proviżorja. Sabin Daniel Talpas tressaq il-Qorti it-Tlieta wara li l-ġurnata ta’ qabel hu nqabad allegatament jipprova jisraq minn handbag to mara li kienet qed tistenna karozza tal-linja fil-Furjana.
Ir-Raġel inqabad minn pulizija pajżan li ra lill-akkużat idaħħal idu fil-basket tal-persuna.
Talpas wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni opponiet it-talba għaliex ir-raġel kellu l-effetti personali kollha fuqu u kien lest biex jaħrab mill-pajjiż.
Id-Difiża wieġbet li l-arrest, mhux il-liberta’, għandu jkun proviżorju u sostniet li l-akkużat ġie Malta biex jiltaqa’ mat-tfajla tiegħu li kienet preżenti fl-Awla. Talpas kien għadu kemm wasal Malta u għalhekk kellu l-oġġetti personali fuqu.
Madanakollu, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, ma kienitx konvinta b’dan l-argument u ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna. L-Avukat Anthony Farrugia deher għall-akkużat.
//= $special ?>