Kurżitajiet Lokali

Taf ta’ min hu dan is-soft toy?

Ir-ritratt qed jinxtered fuq Facebook

Mara li sabet dan is-soft toy f’San Ġiljan qed tagħmel appell qawwi fuq Facebook sabiex jinstab it-tifel jew tifla li tilfet dan il-pupu.

Il-mara kitbet “ninsab ċerta li hemm tifla jew tifel li għadhom bid-dwejjaq għax tilfu dan is-soft toy”.

Hi sabithu qrib Pendergardens f’San Ġiljan.

Diversi persuni qed ixerrdu dan ir-ritratt biex jinstab ta’ min kien is-soft toy sabiex jiġi ritornat.