Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech appella biex il-gvern iwaqqaf id-dibattitu parlamentari dwar il-Liġi tal-IVF biex il-Gvern u l-Oppożizzjoni jibdew diskussjonijiet għal qbil.
Fil-parlament Claudio Grech qal li l-ebda maġġoranza prlamentari ma tista’ tbiddel id-drittijiet marbuta mal-ħajja iżda dan l-abbozz hu propju mibni fuq sensiela ta’ kompromessi mal-pedament tas-soċjetà l-familja, mad-drittijiet ta’ dawk li għad iridu jitwieldu u mal-ħajja tal-bniedem.
Għall-PN m’hemm l-ebda dubju dwar minn meta tibda l-ħajja u għalhekk mhux lest jagħmel kompromess ma’ dan id-dritt. L-embrijun mhux xi tmien ċelloli iżda jirrapreżenta l-bidu tal-ħajja. Kien dehrilna li kien hawn rikonoxximent dwar dan tant li kienet saret stqarrija ministerjali mill-Ministru tas-Saħħa f’dan is-sens. Għall-PN, it-tarbija fil-ġuf hi persuna li tista’ titkber.
Il-gvern ftit li xejn qed jitkellem dwar id-drittijiet tal-persuna fil-ġuf u dwar id-drittijiet tat-tfal; liema drittijiet joħorġu mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda. Malta rratifikat dawn id-drittiiet aktar minn 28 sena ilu; liema konvenzjoni tirrifletti d-drittijiet fundamentali.
It-tfal għandhom dritt li jgħixu u jiżviluppaw u ħadd m’għandu dritt li jiffriża l-embrijuni; jekk aħna qed nirrikonoxxi li l-embrijuni huma persuni. Ftit kien hawn abbozzi li kienu soċjlment diviżivi li qanqlu reazzjonijiet kontroversjali mis-soċjetà ċivili.
Il-Moviment ta’ Kana, l-Assoċjazzjoni tal-Pedjatriċi Maltin, il-professur li kiteb l-ewwel leġiżlazjoni, l-isqfijiet u l-ex ministru Laburista George Vella lkoll kkritikaw dan l-abbozz, sostna Claudio Grech. L-appell tal-President ta’ Malta hu sinifikattiv ħafna u jirrifletti s-sitwazzjoni li wasslet din il-liġi fiha. Hu appell li għandu jwassal biex il-Kamra tieqaf u tirrifletti fuq dak li qed tagħmel.
Dwar l-iffriżar tal-embrijuni, Claudio Grech qal li fil-liġi dġiġà jeżisti dan il-lok li jkun invokat f’ċirkostanza eċċezzjonali fejn ikun hemm problemi mediċi jew fejn l-omm jew it-tarbija jkunu fil-periklu. Bil-liġi, l-iffriżar se jsir in-norma. Il-liġi tfisser li l-ħajja se tkun iffriżata għal snin bla limitu.
Dwar l-addozzjoni hu qal li l-liġi llum titkellem f’ċirkostanzi paritkolari ħafna iżda issa se tiddaħħal kundizzjoni fuq il-ġenituri prospetetivi li qabel il-proċess se jaċċettaw li se jkollhom jagħtu lil binthom jew binhom għall-addozzjoni eventwalment jekk ma jużawhomx. Din hi kundizzjoni kuntrattwali li biha jridu jintrabtu l-ġenituri prospettivi. Ss jsir ukoll il-matching.
Oġġezzjoni oħra hi l-anonomità u l-Gvern għanddu jirrevid dan l-aspett.
Is-sarrogasija hi oġġezzjonabbli, sostna Claudio Grech, li qal li l-gvern qed jagħti lilu nnifsu l-poter li b’sempliċi regolamenti b’avviż legali, l-ministru jagħmel ir-regoli biex iddaħħal is-sarrogasija. Il-PN ma jaqbilx mas-sarrogasija. Bl-ammissjoni tal-Prim Ministrru, il-gvern lanqas għandu mandat għas-sarrogsija u issa dan il-poter qed jingħata lill-Ministru. Fnofs l-Ewropa m’hemmx sarrogasija; l-Iżvezja se tneħħija waqt li fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Italja s-sarrogasija mhix aċċettata għax din tpoġġi d-dinjità tal-mara fuq livell kummerċjali.
Il-liġi tabdika milli tħares l-interess tal-embrijun fejn qabel l-addozzjonijiet, il-qorti ċiivli trid tiddeċiedi fl-interess suprem tal-embirjun. Iżda issa tneħħa l-bażi tal-interess suprem tal-emebrijun. X’inhi r-raġuni li l-gvern irid ineħħu l-protezzjoni lit-tarbija fil-ġuf u lill-embrijun?, staqsa Claudio Grech, li faħħar il-kurraġġ tal-President tar-Repubblika li appellat għal diskussjoni b’interess komuni biex issir liġi li tiffoka biex il-koppji li għanhdom bżonn l-għajnuna jingħataw din l-għajnuna.
//= $special ?>