Formazzjoni inizjali
Birkirkara: J. Xuereb, S. Farrugia, R. Giusti, V. Mifsud, K. Parnis, K. Said, J. Sakic, A. Sultana, Y. Vella, G. Zahra
Hibernians: D. Grech, Y. Attard, R. Bajada, Y. Carabott, F. Chircop, J. Flask, C. Grech, D. Theuma, E. Xuereb, C. Zammit, S. Zammit
Imwissija: C. Zammit 35’, Y. Carabott 57’ (H), R. Giusti 41’, S. Farrugia 50’ (B)
Skorjaw: S. Farrugia 25’, G. Zahra 44’, V. Mifsud 60’, 73’ (B), D. Theuma 77’ (H)
Birkirkara rebħu t-tieni kampjonat konsekuttiv u s-seba’ wieħed fl-istorja tagħhom wara li għelbu lil Hibernians 4-1 fil-logħba deċiżiva għar-rebħ tal-kampjonat. Qabel din il-partita, Birkirkara kienu jinsabu punt fuq l-avversarji diretti tagħhom biex b’din ir-rebħa temmew b’49 punt.
F’dan l-istaġun, iż-żewġ timijiet kienu ltaqgħu darbtejn bl-ewwel logħba tintemm fi draw ta’ 0-0 filwaqt li Hibernians kienu rebħu t-tieni rawnd 1-0. Dik ir-rebħa kienet poġġiet lil Hibs fil-quċċata iżda kienu spiċċaw 0-0 kontra Mġarr United u nqabżu minn Birkirkara.
Il-captain Stephania Farrugia fetħet l-iskor fil-25 minuta b’daqqa ta’ ras brillanti, biex ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, Gabriella Zahra rduppjat b’xutt tajjeb. Veronique Mifsud għalqet il-logħba bit-tielet gowl, biex l-istess plejer kompliet tkabbar il-vantaġġ għat-tim ta’ Melania Bajada bir-raba’ gowl għat-tim tagħha fit-73 minuta.
Dorianne Theuma skorjat il-gowl ta’ konsolazzjoni għal Hibernians fis-77 minuta, iżda minkejja li għat-tim ma sewa xejn, għaliha personali kien importanti hekk kif il-captain ta’ Hibernians spiċċat l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 22 gowl, wieħed aktar minn Raina Giusti ta’ Birkirkara li ma sabitx ix-xibka.
//= $special ?>