Futbol Internazzjonali Sport

FILMAT: Partitarju l-isptar wara ġlied barra Anfield

Il-ġlied faqqa' qabel il-partita mis-semi-finali taċ-Champions League

Raġel ta’ 53 sena għadu f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ ġie attakkat barra bar f’Liverpool. Il-vittma qed jingħad li hu Irlandiż, partitarju tat-tim Ingliż.

Il-każ seħħ qabel il-partita bejn Liverpool u Roma fejn numru kbir ta’ partitarji ġew fl-idejn.

Żewġ żgħażagħ ta’ 25 u 26 sena ġew arrestati mill-Pulizija.