Lokali

FILMAT: Is-saqqu li spiċċa f’nofs il-Coast Road

Appell biex is-sewwieqa jkunu aktar attenti jekk jaqgħu oġġetti fit-triq

Filmat li qed idur fuq il-media soċjali juri l-mument li fih sewwieq ta’ mutur waqaf mal-ġenb ta’ Triq il-Kosta sabiex ineħħi saqqu li kien ta’ ostaklu, f’nofs il-karreġġjata ta’ barra.

Il-video ittella’ minn ċeru Andrew Sammut.

Bl-att tiegħu, dan is-sewwieq ta’ mutur ħoloq kuxjenza fuq il-perikli varji li niltaqgħu magħhom fit-toroq Maltin – inkluż saqqijiet!