Lokali

FILMAT: Tiġbed il-pjanta minn ġol-qasrija, u titfagħha f’basket

Tinqabad tisraq pjanta minn wara bieb, appell għall-informazzjoni

Filmat li qed idur fuq il-media soċjali juri mara li serqet pjanta minn wara bieb. Filfatt, il-mara qabdet il-pjanta u qalata minn ġol-qasrija, u tefat il-pjanta ġo basket.

Il-pjanta nsterqet minn wara bieb ta’ barra ġo l-Imsida, fi Triq Monsinjur Dandria, fejn skont sid il-pjanta jidher li din hi t-tieni darba li saret serqa ta’ dan it-tip.