In-Network tas-Socjeta’ Civili qed jistaqsi lill-Awtorita’ Maltija tas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) jekk tikkonfermax ir-rapporti fil-mezzi tax-xandir li nbeda proċess biex jingħlalaq Pilatus Bank.
Fi stqarrija intqal ili jekk dan hu minnu, l-MFSA għandha tikkonferma wkoll jekk l-licenzja tal-bank ġiet irtirata skont l-Artikolu 9 tal-Att Bankarju, u għal liema raġuni.
“Għalfejn dan ma tħabbarx fuq il-mezzi tax-xandir dak il-mument?”, ittemm tgħid l-istqarrija.
Ilbieraħ l-iskandlu tal-bank Pilatus ħa xejra ġdida hekk kif sar magħruf li l-bank se jagħlaq kompletament. Dan mistenni jseħħ b’mod imminenti, kif jikkonfermaw dokumenti uffiċjali preżentati fil-Qrati ta’ New York.
Dan kollu sar magħruf permezz ta’ messaġġ fuq Twitter illi tpoġġa’ ilbieraħ mid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina. Iżda l-awtoritajiet Maltin ma ħarġu ebda stqarrija.
//= $special ?>