Lokali Parlament

Gvern Nazzjonalista jerġa’ jdaħħal il-protezzjoni għat-tarbija fil-ġuf

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia iddikjara fil-parlament llejla li fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern Nazzjonalista terġa’ tiddaħħal il-klawsola dwar il-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf fil-Liġi dwar il-Vjolenza fuq Bażi ta’ Ġeneru u Domestika; liema klawsola tneħħiet mill-Gvern Laburista.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel din ididkjarazzjoni meta llejla l-parlament ivvota dwar il-Liġi dwar il-Vjolenza Dometska. Adrian Delia qal li li b’konsistentza ma’ dak li ilu jgħid, hu jemmen li din hi kwistjoni ta’ kuxjenza u għalhekkk se jingħata vot ħieles għax jemmen li kulħadd għandu dritt u obbligu li jivvota fuq il-kuxjenza tiegħu.

Hu stieden lill-Prim Ministru jagħmel l-istess iżda jidher li dan l-appella waqa’ fuq widnjen fuqu. Hawn unamita dwar il-prrinċipju sagrostant tal-ħajja u għalhekk il-PN jintrabat li fl-ewwel 100 jum ta’ gvern Nazzjonalista l-protezzjoni ta-trabija fil-ġuf terġa’ tiddaħħal.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li b’konsistenza bejn il-membri kollha l-Gvern hu totalment favur il-liġi.

Il-mozzjoni tal-Gvern għaddiet b’44 vot favur u 20 vot kontra.