Lokali Parlament

Il-bniedem m’għandux dritt jieħu l-ħajja tal-embrijun

– Maria Deguara, PN

Id-deputat Nazzjonalista Maria Degiara qalet li kull embrijun għandu dritt għall-ħajja u l-ebda bniedem m’għandu dritt joħodlu l-ħajja. L-embrijun ma jistax jiddefendi lilu nnifsu u sa ċertu punt lanqas l-omm ma tkunx konxja tal-eżistenza tiegħu. Dan hu l-mument fejn l-aktar li l-embrijun ikollu bżonn il-protezzjoni.

Fid-dibattitu dwar il-liġi tal-IVF, Maria Deguara sostniet li kull liġi għandha ssaħħaħ id-drittijiet tal-embrijun u mhux tnaqqas dawn id-drittijiet. Kien Gvern Nazzjonalista li fl-2012 daħħal il-liġi tal-IVF meta l-klima kienet waħda differenti u meta l-IVF kien element ġdid fil-pajjiż.

Illum jidher li għad hawn min għadu ma jaċċettax li l-ħajja tibda fil-mument tal-konċepiment u dan l-att qed idaħħal dubju meta tibda l-ħajja. Forsi dan qed iseħħ biex din il-liġi tkun il-preludju għal abbozzi oħra.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-abbozz qed imur kontra ċ-Charter tat-Tfal fejn hu speċfikat li kull tifel u tifla għandhom id-dritt ikunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom. Hi sostniet li din il-liġi qed titressaq għax l-embrijun m’għandux vot. Dan l-att ineżża’ l-embrijun minn kull dritt u titrasferixxi dan id-dritt lill-ministru jew lil xi bord appuntat.

Kif inhi l-liġi l-bniedem qed jieħu d-dritt li jiddeċiedi liema embrijun jgħix u liema le. M’għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn l-istess embrijuni; bejn dawk li huma b’saħħithom u dawk dgħajfa. Kemm se jinżammu l-embrijuni li jkunu ffriżati? Il-koppji li se jagħżlu l-embrijuni se jmorru għal embrijuni ffriżati riċentament u mhxu għal dawk li jkunu ilhom iffriżati.

Id-deputat Nazzjonalista qalet jista’ jkun hemm sitwazzjoni fejn ikun hemm numru ta’ embrijuni iffriżati u mhux użati. Il-mara issa m’għadhiex l-aktar persuna importanti fit-trobbija tal-familja, sostniet Maria Deguara, li kompliet l-ewwel skop tat-tobba