Is-servizz popolari tal-messaġġi Whatsapp se jibda jipprojbixxi lil dawk li għandhom inqas minn 16-il sena milli jużaw is-servizz fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Bħalissa dawk li jużaw is-servizz irid ikollhom tal-anqas 13-il sena. Imma l-kumpanija qed tbiddel ir-regoli qabel ma l-Unjoni Ewropea tintroduċi regoli ġodda dwar il-privatezza. Is-servizz hu tal-Facebook u bħala parti minn din ir-riforma, dawk li jużaw il-Whatsapp, se jintbagħtulhom terms of service ġodda fil-ġimgħat li ġejjin u se jintalbu jikkonfermaw l-età tagħhom.
Mhux magħruf kif l-età ta’ dak li jkun se tkun ivverfitikata. Min-naħa l-oħra, dan il-pass qed ikun ikkritikat peress li jintuża minn diversi ġenituri biex iżommu kuntatt mat-tfal tagħhom. Skont il-General Data Protection Regulation (GDPR) tal-Unjoni Ewropea, li se tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju, in-nies se jingħataw aktar kontroll dwar kif il-kumpaniji jużaw l-informazzjoni tagħhom. Din tinkludi wkoll regoli speċifiċi għall-protezzjoni taż-żgħażagħ waqt l-użu tas-serviz-zi pprovduti fuq l-Internet. Dawn is-servizzi u s-siti fuq l-Internet iridu jibdew jagħmlu sforz raġonevoli biex jivverifikaw li adult ikun ta l-kunsens biex dawn jintużaw u l-informazzjoni li tintuża. Ir-regola tgħid li din l-obbligazzjoni tapplika għal dawk taħt is-16-il sena, għalkemm xi pajjiżi se jitħallew ibaxxu l-età għal 13-il sena.
//= $special ?>

