Ftit tal-ħin ilu fit-Trophies Lounge fil-Millenium Stand f’Ta’ Qali tħabbru l-finalisti tal-MFA Awards 2018. Is-serata se ssir fil-11 ta’ Mejju u se tkun qed tixxandar b’mod dirett.
Fis-serata se jitħabbru wkoll l-unuri tal-isbaħ gowl, l-aqwa sapport, l-unur tal-Fair Play, dak li hu magħruf bħala l-President’s Award u l-aqwa skorers fid-diviżjonijiet kollha.
Il-finalisti tħabbru f’xandira diretta fuq il-paġna uffiċjali tal-facebook. Qabel ma bdew jitħabbru l-finalisti, id-Direttur tal-Komunikazzjoni tal-MFA Kevin Azzopardi qal li “l-MFA qed tanalizza r-rapporti li ħarġu lbieraħ u anki llum dwar it-tmexxija tat-tim nazzjonali u se nkunu qed noħorġu stqarrija fil-ħin opportun.”
Il-finalisti huma:
MFA Footballer of the Year
Andrew Cohen (Gżira United)
Paul Fenech (Balzan)
Jake Grech (Birkirkara)
Steve Pisani (Floriana)
Andrè Schembri (Apollon Limassol)
Foreign Player of the Year
Mislav Andelkovic (Birkirkara)
Carlos Eduardo de Fiori Mendes (Balzan)
Amadou Samb (Gżira United)
Young Player of the Year
Jurgen Degabriele (Hibernians)
Jake Grech (Birkirkara)
Kyrian Nwoko (Valletta)
Coach of the Year
Darren Abdilla (Gżira United)
John Buttigieg (Sliema Wanderers)
Marco Micovic (Balzan)
L-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni
Dylan Agius (Pietà Hotspurs)
Paul Chimezie (Mqabba)
Yannick Yankam (Qormi)
L-Aqwa Plejer tat-Tieni Diviżjoni
Adolphus Nagbe Marshall (Gudja United)
Sebastian Perdomo (Santa Lucia)
Roderick Taliana (Swieqi United)
L-Aqwa Plejer tat-Tielet Diviżjoni
Royter Degiorgio (Xgħajra Tornados)
Jack Vella (Mellieħa)
Edward John Wileman (Santa Venera Lightnings)
GFA Player of the Year
Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs)
Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)
Adrian Parnis (Victoria Hotspurs)
Futsal Player of the Year
Melvin Borg (Valletta)
Jovica Milijic (Valletta)
Marwan Telesi (Mrieħel)
Best Youth League Player
Jan Busuttil (Pietà Hotspurs)
Neil Frendo (Mosta)
Connor Zammit (Hibernians)
BOV Women’s Best League Player
Alishia Sultana (Birkirkara)
Dorianne Theuma (Hibernians)
Shona Zammit (Birkirkara)
//= $special ?>