Ċifri Ewropej jikkonfermaw li Malta għadha lura sew milli tilħaq il-miri stabbiliti sal-2020 f’dak li għandu x’jaqsam mal-edukazzjoni terzjarja.
Minn dawk li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 30 u 34 sena, Malta tinsab fir-raba’ post mill-aħħar fl-edukazzjoni fil-livell terzjarju – il-livell tal-Universita’.
Fl-2017, nofs iż-żgħażagħ li għandhom dawn l-etajiet fil-Litwanja, Ċipru, l-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Iżvezja għadhom edukazzjoni fil-livell terzjarju.
F’Malta, dan l-ammont jinżel għal 30%, fil-Kroazja 29%, fl-Italja 27% u fir-Rumanija 26% – il-pajjiż li l-inqas għandu żgħażagħ ta’ bejn 30 u 34 sena li għandhom livell edukattiv terzjarju, jew li lestew kors l-Universita’.
14-il pajjiż diġa’ laħqu l-miri nazzjonali tagħhom għall-2020 – dawn huma r-Repubblika Ċeka, Danimarka, l-Estonja, Greċja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, l-Olanda, l-Awstrija, Polonja, Slovenja, Fillandja u l-Iżvezja.
//= $special ?>